Tal-inqas erba’ minn nies mietu u aktar minn tużzana oħra ndarrbu hekk kif ilbierħa billejl, l-industrija tat-turiżmu Tajlandiża kienet fil-mira ta’ attakki mermezz ta’ bombi li ġew sploduti permezz ta’ mobiles fil-belt ta’ Hua Hin, fin-nofsinhar ta’ Bangkok.
Aktar bombi, ukoll moħbijin fi pjanti u sploduti remotament permezz ta' mobiles, ġew sploduti wkoll fil-gżira ta' Phuket, waħda mill-akbar attrazzjonijiet turistiċi tal-pajjiż
L-awtoritajiet Tajlandiżi jemmnu li l-atttakki saru minn nies lokali, mingħajr ebda konnessjoni ma’ terroriżmu internazzjonali. Infatti l-akbar suspetti bħalissa qed jaqgħu fuq l-oppożizzjoni tal-mexxejja preżenti ta-Tajlandja junta.
Mexxej Tajlandiż u kap tal-junta, Prayat Chan-O-Cha saħaq li l-attakki kienu attentat biex jinstiġaw il-konfużjoni fil-pajjiż u jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-industrija tat-turiżmu.