Proposta ta' 'tax holiday' għall-lukandi ġodda f'Għawdex

.....Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tipproponi li lukandi ta' 4 stilel u aktar b'100 kamra jew iktar f'Għawdex ma jħallsux taxxi għal 10 snin sħaħ 

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tipproponi 'rax holiday' għal ftuħ ta' lukandi ġodda
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tipproponi 'rax holiday' għal ftuħ ta' lukandi ġodda

Fil-proposti tagħha għall-baġit li jmiss il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tipproponi li bħala inċentiv kull lukandier li jiftaħ lukanda f'Għawdex, li tkun ta' 4 stilel jew aktar u li jkollha 100 kamra jew iktar, ma jħallasx taxxa għal dan in-negozju għal 10 snin sħaħ. Apparti minn hekk, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed titlob ukoll li titneħħa l-bolla u taxxa tal-bejgħ meta jkun hemm trasferiment ta' art jew proprjeta' biex jinbnew l-istess lukandi. 

Il-Kamra tal-Kummerċ qed titlob lill-Gvern biex jagħżel sit partikolari illi fih ikun  jista' jsir park tad-divertiment (theme park). Huma jemmnu li ż-żona mitluqa u mimlija ħmieġ fix-Xwejni tista tkun kandidat tajjeb għas-sit ta' dan il-park. 

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ħeġġet lill-Gvern biex jieħu deċiżjonijiet u jalloka l-flus li hemm bżonn biex tkun indirizzata l-kwistjoni ta' konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.  

 

More in Politika