Ministru Żvediża tirriżenja għax inqabdet issuq xurbana

Ir-responsabilità politika l-azzjoni hekk kif tirriskja wkoll li teħel sa sitt snin ħabs

Aida Hadzialic, ta' 29 sena, Ministru tal-Edukazzjoni Żvediża tefgħet ir-riżenja tagħha minn ministru wara li ġiet arrestata l-Ħamis filgħaxija f'Malmo, l-Iżvezja, wara li nstabet li kienet qed issuq il-karozza tagħha meta kienet xorbot aktar mil-limitu ta' 0.2 tal-liġi Żvediża. Hadzialic fil-fatt hi Musulmana mill-Bosnja u kienet marret tgħix l-Iżvezja meta kellha 5 snin mal-ġenituri tagħha. Hi qed tirriskja wkoll li teħel sa sitt snin ħabs għax il-liġijiet fl-Iżvezja huma ferm ħorox għal min isuq xurban. Il-Minsitru li ilha sentejn f'din il-kariga lbieraħ tefgħet ir-riżenja tagħha lill-Prim Ministru Stefan Lofven u qalet lill-midja li 'għamilt l-akbar żball ta' ħajti'.

 

More in Politika