Wara li l-illum.com.mt ippublikat storja dwar previżjonjiet għal xitwa fejn it-tempertauri mistennijin ikunu bħal dawk tax-xitwa li għaddiet, kemm f'Malta kif ukoll fiż-żona tal-Mediterran kollu bdew ħerġin diversi reazzjonijiet u kummenti dwar is-suġġett. Fuq il-ġurnal L-Orizzont illum dehru l-kummenti ta-Ċermen tal-Moviment tal-Biedja Organika Mario Salerno qal illi l-produzzjoni tal-biedja ħadet majnata tajba, bi tnaqqis li jlaħħaq it-30%. Filwaqt li jfakkr kif dan it-tnaqqis huwa wieħed sinifikattiv ħafna, fakkar ukoll kif "dan ifisser telf finanzjajru".
Malta ma tistax tissejjaħ deċert, imma sa ċertu punt toqrob lejh, minħabba l-ammont ta' xemx li tagħmel u n-nuqqas ta' xita
Alan Deidun
Studju li sar mill-Università tar-Riċerka fil-Klima u s-Soċjetà fl-Università ta' Kolumbja u li kien ikkwotat mir-Rapprezentant Permanenti tal-Gvern Malti fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Metereoloġija Charles Galdies jirriżulta li hemm ċans ta' bejn 40% u 50% ta' tempertauri "ogħla minn normal" matul ix-Xitwa li ġejja. Mal-illum.com.mt Galdies jgħid illi dan jista jfisser illi xitwa bħal dik li għaddiet hija waħda probabli ħafna. Mal-orizzont iżda, Salerno ma xtaqx jagħmel previżjonijiet u qal biss li previżjonijiet huma diffiċli li jsiru f'dan l-istadju.
Mal-istess gazzetta l-Professur Alan Deidun tkellem dwar il-qerda li n-nuqqas ta' xita qed twassal għalih u semma' kif in-nixfa fil-Wied tal-Baħrija qed taffetwa ħażin ħafna lill-ispeċi bħal Qabeu u ż-żrinġ.
Deidun qal illi Malta "ma tistax tissejjaħ deżert, imma sa ċertu punt toqrob lejh, minħabba l-ammont ta' xemx li tagħmel u n-nuqqas ta' xita."