Santa Marija ġabet ħafna risq lill-Għawdxin

Nhar il-Ħadd il-gazzetta ILLUM titkellem ma' diversi Għawdxin dwar l-andament tan-negozju waqt u anke wara il-festi ta' Santa Marija

Il-pjazza tax-Xagħra, Għawdex
Il-pjazza tax-Xagħra, Għawdex

Stqarrija maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tkompli tikkonferma illi l-weekend ta' Santa Marija kien wieħed ta' suċċess kbir għat-turiżmu f'Għawdex. Fil-fatt jidher illi ż-żieda ta' passiġġieri li qasmu l-fliegu ammonta għal 9%, b'ħafna minn negozju li joffru akkomodazzjoni f'Għawdex jkunu fully booked. 

Nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM il-ġurnalist John Busuttil se jkompli jirraporta dwar l-andament tan-negozju, mhux biss waqt il-festi ta' Santa Marija iżda anke wara l-istess festi. 

L-MTA laqgħet ir-riżultati pożittivi li qed jikseb it-turiżmu f'Għawdex u fakkret kif is-suċċess f'Santa Marija jirrifletti wkoll Sajf tajjeb ħafna għall-istess gżira. 

 

More in Politika