L-Awtorità tal-Ippjanar għadha kemm ħarġet permess għall-istallazzjoni ta' sistema sħiħa ta' fotovoltajċi fuq il-bejt tal-Impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, ix-Xgħajra.
Il-proġett approvat se jagħmel possibbli l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi fuq diversi partijiet tal-istess impjant, bl-ammont ta' spazju li se jittieħed jkun ta' 2,520 metru kwadru. Il-proġett, fakkret l-awtorità, mhux se jirriżulta f'bini fuq art rurali jew żviluppata u saħqet ukoll li mhux se jkollu effett negattiv fuq l-aspett viżwali taż-żona.