Jitolbu li tittieħed azzjoni kontra l-eks-Sindku Karkariż Michael Fenech Adami

Il-Bord tal-Governanza Lokali jsib irregolaritajiet fl-għoti ta' tenders għal xogħolijiet differenti mill-Kunsill immexxi minn Fenech Adami

Michael Fenech Adami
Michael Fenech Adami

Il-Bord tal-Governanza Lokali f'deċiżjoni li ppublika illum irrakomanda lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex "jieħu dawk il- miżuri li fl-opinjoni tiegħu jidhirlu li huma xierqa fil-konfront tal-eks Sindku Karkariż Michael Fenech Adami kif ukoll fil-konfront ta' Arthur Pizzuto, l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Loali ta' Birkirkara", li fi żmienhom, skont l-istess deċiżjoni seħħew irregolaritajiet." 

Id-deċiżjoni tal-bord tiġi wara ilment li sar mill-Kunsillieri tal-Partit Laburista tal-lokal, illi fih ġibdu l-attenzjoni għall-għoti ta' diversi tenders, fosthom ,ta' xogħolijiet fuq toroq u anke ta' kiri ta' vetturi, xiri ta' deskijiet, tender ta' tindif u ħlasijiet għal servizzi ta' tbattil ta' skips. L-ispiża ta' kull tender mogħti tvarja, għalkemm f'bosta każi il-Bord jgħid illi l-Kunsill mmexxi minn Fenech Adami aġġudika xogħol fil-ħidma tal-Kunsill msemmija hawn fuq mingħajr l-apporvazzjoni tal-Kunsill Lokali. F'każijiet minnhom, bħal fil-każ tat-tender mogħti għat-toroq, il-Bord qal illi kellu jkun il-Kunsill ta' wra dak immexxi minn Fenech Adami li rranġa s-sitwazzjoni u reġa aġġudika t-tenders. 

 

More in Politika