'Wara l-festi tal-Indipendenza se nkunu qed nuru snienna'

Id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg tgħid li l-każ tal-viżas mediċi huwa gravi daqs tal-Panama...tgħid li jekk il-Pulizija baqgħu ma sabu xejn fuq il-każ għandhom "ifittxu aktar"

“Simon huwa Kap 'perseveranti' - Claudette Buttigieg
“Simon huwa Kap 'perseveranti' - Claudette Buttigieg

Il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Claudette Buttigieg saħqet li l-każ tal-viżas mediċi għal persuni ġejjin mill-Libja huwa "gravi daqs il-każ tal-Panama". "Issa se jkollna l-festi tal-Indipendenza u terġa tibda l-attività politika. Irridu nuru snienna. Ma nistgħux nħalluhom għaddejjin biha din" saħqet Buttigieg waqt intervent fuq l-istazzjon Radio 101 f'dak li jidher li hija l-ewwel risposta għall-akkużi minn diversi bnadi li l-PN mhux qed ikun voċiferu biżżejjed fil-kritika tiegħu. 

Kontra stqarrijiet il-kuntrarju, Buttigieg iddeskriviet lil Busuttil bħala "bniedem perseveranti ħafna," għax qed jibqa' jistaqsi il-mistoqsijiet u mhux jaqta' qalbu, sempliċiment għax il-Gvern ma jweġibx. 

"L-informazzjoni dwar il-każ tal-viżas mediċi tindika li Neville Gafa' missu rreżenja," qalet Buttigieg, jum wara li l-Pulizija informaw lis-sit tvm.com.mt illi wara li kienu konklużi l-investigazzjonijiet fl-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Gafa' illi kien qed idaħħal il-flus b'mod illeċtu mill-ħruġ tal-viżas mediċi. Il-Pulizija Maltija qalu li ma jistgħux isibu provi ta' atteġġjament jew atti kriminali minn naħa ta' Gafa' u għalhekk ma tisrax tipproċedi. 

Fuq l-istazzjon tal-PN Buttigieg staqsiet għalfejn il-pazjenti Libjani kellhom jgħaddu għand Gafa' u fuq liema kriterju ntagħżel l-istess Gafa'. "Ara taħseb li se naċċettaw min jgħidilna 'għax s'issa ma sibna xejn'. Jekk ma sibtu xejn ibqgħu fittxu" sostniet Claudette Buttigieg. 

 

More in Politika