Sabiex iżidu r-reklutaġġ minn minoranzi etniċi musulmani, Il-Pulizija tal-West Midlands, fl-Ingilterra, qegħdin serjament jikkunsidraw li jħallu l-Pulizija nisa jilbsu l-Burka bħala parti mill-uniformi tagħhom, jekk il-kultura tagħhom tiddetta dan.
Dan ħareġ fid-dawl li waqt l-aħħar reklutaġġ ta’ 800 rekluta ġdida, terz minnhom ġejjin minn komunitajiet li huma favur l-ilbis tal-Burka.
Filwaqt li tkellem dwar liġijiet u sensibiltà kulturali, Il-Kuntistabbli Kap tal-Pulizija, David Thompson saħaq waqt intervista li l-korp tal-Pulizija fiż-żona għandu “jirrifletti l-komunità li qiegħed iservi”
S’issa ma jidher li ebda rekluta ma talbet biex tilbes il-burka bħala parti mill-uniformi, iżda Thompson saħaq li jekk ikun hemm rikjesti, il-korp ikolli jikkunsidrahom.
Bħalissa fil-korp diġà hemm numru ta’ uffiċjali nisa li għandhom il-hijab bħala parti mill-uniformiu tagħhom, li almenu bid-differenza tal-burka, iħalli l-wiċċ mikxuf, filwaqt li għal numru twil ta’ snin, uffiċjali rġiel Sikh setgħu jilbsu turban iswed bħala parti mill-uniformi tal-Pulizija fl-Ingilterra.