Nirringrazzjaw l'Alla li għandna l-Simon...

Ann Fenech isserraħ moħħ il-Maltin li l-pajjiż għad għandu tama jekk iħares lejn Simon Busuttil...

'Id-dawl fit-tarf tal-mina'...Ann Fenech titkellem dwar Simon Busuttil
'Id-dawl fit-tarf tal-mina'...Ann Fenech titkellem dwar Simon Busuttil

Skont Ann Fenech, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, il-poplu għad-għandu "dawl fit-tarf tal-mina", hekk kif jista' jħares lejn Simon Busuttil, waqt li jinsab "f'nofs istituzzjoni korrotta bla rażan li niżlet lill-pajjiż fil-fond daqs qatt qabel..."

Dan kitbitu Fenech f'artiklu li deher fil-ħarġa tal-llum tal-ġurnal 'The Times'. Fenech tibda' l-artiklu tagħha bi spjegazzjoni ta' kif bħalissa, taħt Gvern Laburista, pajjiżna jinsab l-livell ta' korruzzjoni mingħajr preċedent, hekk kif issemmi fid-dettal l-iskandlu tal-'Panama Papers', tal-Visas Mediċi, tal-Cafe' Premiere, tal-power station tal-gass u l-dwar il-bini tal-kumpanija Sadeen fiż-Żonqor, li "qatt ma kienet se tkun università u li mhemm xejn Amerikan dwarha"

Mill-'Australia Hall' għall-Cafe' Premiere u erba' kummissarji tal-Pulizija fi tliet snin, Fenech pinġiet is-sitwazzjoni fil-pajjiż bħala l-agħar waħda li qatt konna fiha, u l-bogħod mill-għajta ta' "L-aħjar Gvern li qatt kien hawn"

Iżda mhux kollox mitmun, skont Fenech, għax il-poplu jista' jħares lejn Simon Busuttil bħala s-salvatur tagħhom, il-bniedem li ġab lill-Partit Nazzjonalista fuq saqajh fl-aktar perjodu diffiċli tiegħu.

Fenech tiddeskrivi lil Busuttil bħala mexxej li "b'viżjoni u mħabba lejn pajjiżu", bħala wieħed li kien "strumentali sabiex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja" u għandu biss "il-interess nazzjonali għall-qalbu"

Allura f'dan l-artiklu tagħha, Fenech qegħda sserraħ moħħ il-poplu li għad hemm tama għalih, dawl fit-tarf tal-mina permezz ta' politikant onest u nadif... "li se joħroġna mill-istraġi li qegħdin fiha bħalissa u jagħti lill-pajjiż l-aqwa gvern ta' dejjem"

More in Politika