Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, l-Oppożizzjoni qed tiġi mwissija li jkun aħjar li tivverifika indipendentement l-attendibilità tal-istqarrijiet ta' Ivan Grech Mintoff minflok isserraħ fuqhom sempliċiment għax qed jattakkaw lill-Gvern.
"Il-Partit Nazzjonalista qed jibbaża ruħu fuq sensiela ta’ allegazzjonijiet li ilhom li bdew u għadhom qed jiġu investigati mill-Pulizija" issostni l-istqarrija.
"Pajjiżna għandu relazzjoni tajba ħafna mal-Libja u l-kuntatti diplomatiċi huma kontinwi" tkompli ssostni l-istqarrija, li żżid ukoll tgħid li għal kuntrarju ta' dak li qed jallega Ivan Grech Mintoff, il-Gvern m’għandu ebda informazzjoni li saru xi kuntatti uffiċjali kif isir normalment bejn gvern u ieħor.