F’ittra mibgħuta mill-membri tas-‘Civil Society Network’, ġew esposti s-suġġerimenti li din is-soċjetà qed tagħmel lill-Gvern għall-Baġit 2017.
Fost is-suġġerimenti jispikkaw żieda fil-paga minima nazzjonali, żieda fil-pensjonijiet, kif ukoll miżuri biex jiġu mħarsa dawn li jaqilgħu paga baxxa.
Is-‘Civil Society Network’ issuġġerew ukoll
- Aġġornament fl-indiċi tal-COLA u tal-pensjonijiet
- Reviżjonijiet fit-taxxa għal-dawk li għandhom dħul baxx
- Miżuri sabiex il-pensjonijiet ikunu sostenibbli u aċċettabli
- Miżuri fir-rigward tal-‘housing’
- Miżuri għall-kontroll aħjar tal-qagħad
- Miżuri biex jitwaqqaf l-abbuż lejn ħaddiema barranin
- Inizjattivi dwar l-enerġija rinovabbli
L-istqarrija tas-soċjetà temmet tgħid li “Filwaqt li l-ekonomija ta’ Malta sejra tajjeb, hawn żieda fl-inugwaljanza soċjali” u li l-politiki għandhom ikunu bbażati fuq riċerka u evidenza u li “l-qbil bejn l-imsieħba soċjali ma jkunx skuża għal prokastinazzjoni”