F’kollegament radju fuq l-istazzjon ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bħalissa l-Ewropa għaddejja minn perjodu difficli filwaqt li pajjizna miexi l-quddiem, speċjalment fejn jidħol in-numru dejjem jonqos ta’ qagħad, li bħalissa huwa l-inqas li qatt kien hawn Malta.
Minkejja li pajjiżna sejjer tajjeb, L-UE mhux sejra daqshekk tajjeb, iżda dan ma jfissirx li Malta se toqgħod tistenna l-UE tirpilja, iżda bħal ma digà qed isir, se tħares lejn investiment f’pajjiżi l-barra mill unjoni.
Barra minn dan Malta trid tagħti sehma biex tgħin lill-Unjoni Ewropeja toħroġ minn dan il-perjodu diffiċli li qegħda fih, u se tagħmel dan waqt il-presidenza ta’ Malta tal-UE.
Il-pass ċkejken li beda din il-ġimgħa fi Bratislava se jkompli fil-jiem li ġejjin waqt il-laqgħat li se jsiru f’Malta. Dan skont Muscat kien wirja ta’ fiduċja f’Malta hekk kif sar vot unanimu li l-laqghat isiru Malta.
“Jien se nibqa’ nkun salesman għall-Malta, u mhux se nieqaf nippromwovi l-pajjiżna sabiex inġib aktar investiment u xogħol lejn pajjiżna” sostna Joseph Muscat