Pass ieħor lejn l-approvazzjoni ta' Leo Brincat

Il-kapijiet tar-rappreżentanti tal-istati membri (COREPER) approvaw in-nomina ta' Brincat 

Leo Brincat
Leo Brincat

Il-Coreper, li huwa l-kumitat tar-rappreżentanti permanenti fl-Unjoni Ewropea approva n-nomina tal-kandidat Malti Leo Brincat.

Il-Kumitat, li huwa magħmul mill-kap jew viċi kap tal-grupp rappreżentanti tal-istati membri tal-UE fi Brussell, ta vot favur Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 

Għalhekk, jonqos il-konferma b'mod formali tal-approvazzjoni tan-nomina mingħand il-Kunsill tal-Ministri li se jkun qed jiltaqa' l-ġimgħa d-dieħla, fid-29 ta' Settembru. Dan minkejja li b'mod informali, id-deċiżjonijiet ikunu diġà ttieħdu u ħadmu fuqhom il-persuni tekniċi li jaħdmu fi ħdan dan il-kumitat.

Dan jiġi wara li ġimagħtejn ilu, Brincat ma kellux in-nomina tiegħu approvata mill-Parlament Ewropew.

More in Politika