Investiment ta' $100 miljun u 300 xogħol ġdid minn kumpanija Amerikana

Crane currency se tkun qed tipprepara għall-operat tagħha f'Malta matul is-sena d-dieħla

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar investiment ġdid ta' $100 miljun u l-ħolqien ta' madwar 300 impjieg ta' kwalità ġdid f'pajjiżna mill-kumpanija Amerikana Crane Currencies, li hija kumpanija li tipproduċi u tistampa l-flus.

F'kollegament dirett minn Boston fl-Amerika, l-Prim Ministru Muscat ħabbar li l-impjiegi li se jkun qed iġib miegħu dan l-investiment jistgħu jitilgħu għal 300 iktar tard. Semma wkoll li l-pajjiż, ilu ma jkollu investiment ta' dan id-daqs mill-1981 meta dak iż-żmien kienet fetħet il-kumpanija ST Microelectronics.

Semma wkoll kif matul is-sena d-dieħla, l-kumpanija se tkun qed tibda tipprepara l-operat tagħha biex tiftaħ l-operat tagħha f'Ħal Far. Muscat faħħar il-ħidma ta' diversi entitajiet li kienu fil-qalba tad-diskussjonijiet għal dan il-proġett għal madwar tmien xhur, fosthom il-Ministru Chris Cardona, iċ-chairman tal-Malta Enterprise, u ċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri, li skont Muscat, kien katalist biex inġieb dan l-investiment lejn pajjiżna.

More in Politika