filmat | Proposta mina taħt Triq Reġjonali fl-2018 f'masterplan għal Paceville

Pjan ta' riġenerazzjoni għaż-żona ta' Paceville

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet proċess ta' konsultazzjoni pubblika għall-iżvilupp fiż-żona ta' Paceville. Dan il-pjan ġie żviluppat mill-esperti tal-ippjanar u l-infrastruttura barranin, Mott MacDonald u Broadway Malyan.

Il-proċess ta' konsultazzjoni se jagħlaq fl-4 ta' Novembru, meta imbagħad jittieħed għall-iskrutinju fil-Parlament. Il-pjan jinkludi tisbiħ ġenerali taż-żona, tkabbir tal-bajja eżistenti, iktar spazji miftuħa għall-pubbliku  u aċċess aħjar għall-promenade.

Dehra artistika taż-żona rinovata
Dehra artistika taż-żona rinovata

Bħala parti minn dan il-proġett, qed jiġi propost il-bini ta' mini sabiex it-traffiku fiż-żona jkun jista' jittaffa u jibda jgħaddi minn taħt l-art.

Iż-żona se tkun tinkludi wkollgħadd ta' torrijiet, bl-ogħla qieħed ikun fil-qalba ta' Paceville.

More in Politika