Tnaqqis ta' 1,653 persuna qiegħda f'Awwissu

Il-persuni b'diżabbiltà jirreġistraw naqas bi 30

Matul ix-xahar ta' Awwissu, in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, naqas għal 3,261 meta mqabbel mal-4,914 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel.

Statistika li ppubblikat l-NSO, tikwota figuri ta' Jopsplus li juru li kien hemm tnaqqis ta' 1,460 persuna tirreġistra taħt Part I u tnaqqis ta' 193 persuna taħt Part II.

It-tnaqqis fir-rata ta' qgħad ġiet reġistrata f'kull età u t-tnaqqis deher ukoll irrilevanti miż-żmien kemm ilhom jirreġistraw. Minkejja dan, l-ikbar tnaqqis ġie reġistrat fosi il-persuni li ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena.

In-numru ta' persuni b'diżabbiltà jirreġistraw, ukoll naqsu bi 30, u issa hemm 362 persuna b'diżabbiltà jirreġistraw.

More in Politika