Tnaqqis ta' 3.2% fin-numru ta' persuni fil-lukandi matul Lulju

Kull tip ta' lukanda rreġistrat tnaqqis, ħlief għal dawk ta' erba' stilel

In-numru totali ta' persuni u ljieli f'lukandi u stabbilimenti ta' akkomodazzjoni matul ix-xahar ta' Lulju naqas b'3.2% u 5.4% rispettivament meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Matul ix-xahar ta' Lulju, in-numru ta' persuni fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni kienu jammontaw għal 164,004, waqt li n-numru totali ta' ljieli laħqu l-1,031,180.

Kull tip ta' lukanda rreġistrat tnaqqis, ħlief għal dawk ta' erba' stilel li laħqu l-486,868 lejl, jew inkella 47.2% tat-total.

It-tul medju f'lukanda wkoll naqas għal 6.3 iljieli matul Lulju ta' din is-sena, meta mqabbel mas-6.4 irreġistrati matul l-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Minkejja dan, in-numru totali ta' persuni fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni fl-ewwel seba' xhur tas-sena żdiedu b'0.7% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel, waqt li n-numru ta' ljieli żdied b'0.6% biex qabeż il-5 miljuni.

More in Politika