Il-kumpanija tal-Farmaċewtika Brittanika GW Pharmaceuticals qalet illi l-mediċina ġejja mill-kannabis li bħalissa għadha waħda esperimentali u li għalhekk g ma tinbiegħx lill-konsumaturi mmarkat suċċess fit-tielet stadju esperimentali tagħha. Dan ifisser li din il-mediċina partikolari magħmula mill-kannabis kisbet riżultati suċċess fi stadju meqjus pjuttost avvanzat fix-xjenza u fil-proċess tal-esperimentazzjoni għal mediċini ġodda.
Iż-żewġ dożi tal-mediċina Epidiolex, instab li naqqsu b'mod sinifikanti l-attakki li kellhom il-pazjenti bħala riżultat tal-epilessija. Intant il-kumpanija mistennija tressaq applikazzjoni fl-ewwel nofs tal-2017 għall-ewwel mediċina fl-Istati Uniti li tkun magħmula mill-kannabis organika.