L-Ukreni se jkunu jistgħu jibdew jidħlu fl-Ewropa mingħajr viza u dan wara li kien approvat rapport mill-Kumitat Parlamentari għall-Libertajiet Ċivili,Ġustizzja u Intern li kellu r-rakomandazzjoni tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) li tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmel parti.
In-negozjatur ewlieni tal-Parlament Ewropewl-Membru Parlamentari Ewropew Mariya Gabriel iddeskriviet dan il-pass bħala "pass konkret u rebħa, ġejja mill-aspirazzjoni tal-Ukreni għall-paċi, stabilità u politika riformista." Hija ttamat li l-affarijiet jimxu b'veloċità u li l-Kunsill Ewropew jieħu pożizzjoni ċara biex jibdew in-negozjati."