Bdiet l-iskeda l-ġdida tat-TV u magħha bdew id-diskussjonijiet u dibattiti televiżivi li jvarjaw mill-informattivi għal oħrajn li huma prattikament divertita. Mal-ewwel ġurnata bdew il-battibekki, ilejla fuq il-ONE bejn żewġ switchers. Ian Castaldi Paris eks-kandidat tal-PN u Ivan Bartolo, eks-attivista Laburista.
F'mument minnhom il-battibekki bejn it-tnejn fuq il-programm Pjazza, saru kważi personali b'Castaldi Paris jakkuża lil Bartolo li biegħ ruħu. "Int biegħejt ruħek," akkuża Castaldi Paris lil Bartolo li dar fuqu u qallu "int imma biegħejt ruħek, jien verġni. Verġni jien." Castaldi Paris saħaq illi jekk veru huwa verġni, kif qed jgħid li hu Bartolo, "mela mort fil-partit it-tajjeb. Il-partit ta' dawk li jilgħabuha ta' verġni meta mhumiex."
Intant Bartolo, illum Nazzjonalist konvint, għal bosta drabi saħaq illi hu qed jitkellem għal dawk il-'Laburisti mweġġgħin' u 'dawk li qed iħossu i dan mhux Gvern tal-ħaddiem.' Bartolo tkellem dwar diversi nies, fosthom dawk li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja u nies 'li qed jieklu t-tarja bil-butir.'
Minn naħa tiegħu Castaldi Paris, illum Laburist konvint, fakkar fil-billboards tal-PN iwissu li bil-Labour se jiżdied il-qgħad u fakkar kif il-PN tratta lin-nies li kienu jaħdmu l-istamperija. Huwa qal illi l-istqarrija ta' Simon Busuttil li l-PN ġabar €3 miljuni mill-iskema taċ-Cedoli hija "gimmick"