L-Awtorità tal-Ambjent toġġezzjona li l-boathouses tal-Ġnejna ikollhom elettriku

...tgħid li sub-station f'bajja li hija sit Natura 2000 hija "verament inkwetanti"

L-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA) qed toġġezjona li l-Enemalta tgħaddi l-elettriku permezz ta' sub-station lill-kmamar li hemm fil-Ġnejna. "L-impatt ta' żvilupp illegali fuq sit Natura 2000 hija ta' tħassib serju minn angolu ambjentali. Għalhekk," kompliet tgħid l-ERA f'kummenti lill-gazzetta Maltatoday, "noġġezzjonaw fil-prinċipju għal applikazzjoni li hija intenzjonata biex tagħti s-servizz tad-dawl lil dawn il-proprjetajiet. ." 

L-oġġezzjoni tal-ERA tingħaqad ma' dik ta' Din L-Art Ħelwa li fakkret kif apparti li dawl fil-post joħloq tniġġiż se jkun qed jagħti wkoll leġittimità  "lil dawn l-istrutturi illegali."  

More in Politika