125 infermier ġdid minn nhar it-Tnejn li ġej

...kważi kollha kemm huma gradwati ġodda 

125 infermier ġdid minn nhar it-Tnejn
125 infermier ġdid minn nhar it-Tnejn

Min-nhar it-Tnejn, se jiġu ngaġġati 125 infermiera ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa. Minn dawn l-infermiera 118 huma gradwati ġodda, filwaqt li seba’ huma infermiera li se jirritornaw lura għall-professjoni. Dan ifisser li l-infermiera li gradwaw se jkunu impjegati.

Dan tħabbar  mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne , waqt il-programm, Aħna, fuq ONE Radio.

Mill-bidu ta’ dan is-Sajf bejn Ġunju u Lulju kienu diġa ġew ingaġġato 11-il infermier ieħor, biex b’hekk it-total ta’ infermiera li se jkunu ġew ingaġġati matul din is-sena sat-3 t’Ottubru huwa ta’ 136 infermier.

Barra minnhekk 30 infermier ieħor għamlu r-resits. “Aktar kimieni din is-sena ġew ingaġġati wkoll 116-il tabib ġdid li kienu għadhom kemm gradwaw,” qal il-Ministru Chris Fearne.

 

More in Politika