Alfred Sant ħareġ stqarrija dwar il-ħatra ta' Leo Brincat fejn qal li Il-Kunsill Ewropew tal-Ministri, f’isem gvernijiet eletti demokratikament, b’mod unanimu qablu dwar in-nomina ta’ Leo Brincat fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 'Il-ħatra tiegħu saret b’rispett sħiħ lejn it-trattati tal-Unjoni Ewropea. Nifraħlu u nixtiequ l-aħjar fil-karriera ġdida tiegħu. Il-ħatriet fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, taħt it-trattati tal-Unjoni Ewropea, għadhom il-prerogattiva tal-istati membri u l-Parlament Ewropew għandu rwol konsultattiv.' temmet l-istqarrija