Malta t-tielet pajjiż bl-inqas qgħad fl-Ewropa

Il-qgħad f'pajjiżna jibqa' fost l-inqas fl-UE u fost il-pajjiżi madwar il-Mediterran....

Malta baqgħet takkwista riżultati pożittivi fil-qasam tal-impjiegi hekk kif reġgħet irreġistrat it-tielet l-inqas rata ta' qgħad fost il-pajjiżi kollha talUnjoni Ewropea. Fil-fatt, filwaqt li l-Greċja, pajjiż ieħor fil-Mediterran rreġustra qgħad ta' 23.4% u Spanja, pajjiż ieħor fiż-żona rreġistra qgħad ta' 19.5%, Malta rreġistrat rata ta' qgħad ta' 4.8% biss. 

Pajjiżna, f'dak li jirrigwarda nies bla impjieg jitqabnel tajjeb mal-Ġermanja, r-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit, b'dan tal-aħħar ikollu l-istess rata ta' qgħad bħal Malta. Ir-rata ta' qgħad f'Malta hija wkoll inqas mill-medja tal-UE, li bħalissa tlaħħaq it-8.6%. 

More in Politika