Muscat ikompli jżid l-vantaġġ fuq Busuttil

Skont stħarriġ ta' Malta Today Muscat għandu 8 punti vantaġġ u l-Partit Laburista għandu 3 punti vantaġġ fuq PN...li tista ma tkunx biżżejjed f'każ ta' elezzjoni

Għalkemm kien ferut gravi mill-Panamagate u xi skandli oħra li kienu waqqgħu l-vantaġġ ta' Muscat minn 15-il punt f'Jannar 2015 għal nofs, Muscat xorta jgawdi vantaġġ sostanzjali fuq Busuttil.

MaltaToday għamlet dan is-survey wara l-waqfa tas-Sajf u ġimgħa wara l-festi tal-Indipendenza fejn il-kap Nazzjonalista kellu ċ-ċans li jindirizza lil partitarji tiegħu fuq il-fosos tal-Furjana. U xorta l-istħarriġ wera li Muscat żied nofs punt u issa qed f'vantaġġ ta' 7.7 puntmeta n-nies ġew mistoqsijin lil liema kap jafdaw l-iżjed. Dan juri li ftit jew xejn kien hemm bidliet mill-mentalita tal-poplu mill-aħħar stħarriġ tal-Malta Today li kien sar f'Mejju b'Busuttil ifalli li jieħu vantaġġ minn żbalji tal-Prim Ministru bħal fil-każ tal-Panamagate. Mistoqsijin lil min se jivvutaw l-Labour għadu f'vantaġġ ta' 2.7 punti fejn jidher li anke hawn il-Labour żied fil-vantaġġ, żieda ta' 1.7 u l-Partit Nazzjonalista naqqas pun t ieħor. Iżda f'kull stħarriġ hemm marġni ta' żball ta' +/- 4.3 punti u għalhekk skont il-vantaġġ laburista dan fattwalment ma jfissirx li jirbħu l-elezzjoni. Il-vantaġġ hu minimu u elezzjoni tista tintrebaħ min-naħa jew oħra.

 

More in Politika