Il-President titlob li jintlaħaq kompromess għall-Moskea f'Buġibba

I-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, titlob li ssir laqgħa mal-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar biex jintlaħaq kompromess dwar Moskea f'Buġibba

Il-President ta' Malta titlob biex jintlaħaq kompromess dwar post għat-talb Musulman f'San Pawl il-Baħar
Il-President ta' Malta titlob biex jintlaħaq kompromess dwar post għat-talb Musulman f'San Pawl il-Baħar

Illum.com.mt ġie nfurmat dalgħodu li lbieraħ filgħaxija, il-membri tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar irċevew ittra mill-uffiċċju tal-President b'talba biex issir laqgħa bejn iI-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, membri tal-Kunsill tal-Musulmani f'Malta u l-Kunsillieri kollha ta' San Pawl il-Baħar, sabiex jintlaħaq xi forma ta' kompromess dwar il-bini ta' Moskea f'Buġibba.

Il-laqgħa se ssir illum wara nofsinhar fil-Palazz ta' San Anton u l-kunsilliera s'issa għad m'għandomx idea x'tip ta' talba jew soluzzjoni se tintalab minnhom.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, b’mod unanimu ħareġ kontra applikazzjoni biex proprjetà magħmula minn garaxx u post terran jinbidlu f’post ta’ talb għal persuni bi twemmin Iżlamiku.

Huwa mifhum li l-applikazzjoni qed isir fid-dawl tal-fatt li l-istess proprjetà ilha tintuża bħala post ta’ talb għal xhur issa, minkejja li ma kellhiex il-permess li tagħmel dan u minkejja diversi ilmenti li saru mir-residenti tal-inħawi.

l-Kunsill iddeċieda kontra hekk kif il-post kien deċiż li mhux adegwat għal fini ta' talb, kien se joħloq jew jagħmel agħar il-problema ta' parkeġġ u li l-valur tal-bini fiż-żona kien se jibqa' nieżel. 

F'kummenti li għaddiet il-ġimgħa li għaddiet mal-illum, is-sindku Graziella Galea, sostniet li l-Kunsill ivvota kontra għal diversi raġunijiet fosthom għaliex il-post mhux addattat, inaqqas l-aċċessibbiltà u l-fatt li "attività bħal din tnaqqas il-valur tal-proprjetà taż-żona."

Aktar dettalji jingħataw aktar tard wara nofsinhar mat-tmien tal-laqgħa.

More in Politika