Minn tnaqqis fit-taxxa, għal tram u pjan nazzjonali tal-infrastruttura għal 10 snin

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil iressaq numru ta' proposti, fosthom tnaqqis fil-Capital Gains Tax

Il-Kaptal-PN Simoin Busuttil
Il-Kaptal-PN Simoin Busuttil

Ilbieraħ filgħaxija, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-arkitettura fl-Università ta' Malta li kienet parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-aġġornament tal-politika dwar l-ambjent.

Fid-diskors tal-introduzzjoni, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrefera għat-tliet proposti li ressaq waqt laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, jiġifieri:

1 - Tnaqqis fir-rata tal-capital gains tax biex proprjetajiet jilħqu l-ogħla effiċjenza tal-enerġija jew biex jiġu restawrati proprjetajiet f'żoni bi bżonn ta' riġenerazzjoni. Dan it-tnaqqis fit-taxxa jkun qed isir biex jingħata inċentiv biex jintlaħqu l-ogħla standards ambjentali. Simon Busuttil qal li b’dan l-inċentiv, l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jassigura li f’pajjiżna jkun hawn akkomodazzjoni isbaħ u aktar energy efficient.

2 - Inċentiv fiskali lil dawk il-kumpaniji li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni biex jagħmlu upgrading tal-istandards ambjentali tagħhom. Dan l-inċentiv iwassal għall-ogħla standards possibbli biex l-impjanti, inġenji u vetturi fil-kostruzzjoni jkunu tal-ogħla standards ambjentali. 

3 - Pjan nazzjonali għall-infrastruttura li jitwettaq fuq medda ta’ għaxar snin u li jtejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż mill-bankini sat-toroq fl-irħula u toroq arterjali. Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħmel l-akbar investiment li qatt sar fl-infrastruttura u t-trasport. Il-pjan ikopri wkoll investiment f’sistema alternattiva ta’ trasport bħal dik ta’ light railway jew tram biex tassew tiġi indirizzata l-problema tat-trasport f'pajjiżna. Is-sistema ġdida ta' trasport pubbliku alternattiv tkun sistema moderna u effiċjenti u li tgħaqqad il-pajjiż kollu, inkluż lil Malta u Għawdex.

imon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista, llum qed jagħti soluzzjonijiet għal sfidi li qed niffaċċjaw illum u anke 20 sena oħra. Waqt il-laqgħa l-istudenti offrew l-ideat tagħhom dwar kif il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi tista’ tissaħħaħ bi żvilupp sostenibbli.  

Għal-laqgħa attendew id-Dekan tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni Prof Alex Torpiano, il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali Idea Ambjent Simone Vella Lenicker, ix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli, l-Kelliem tal-Ambjent, l-Ippjanar, l-Artijiet u l-Infrastruttura Ryan Callus, u l-Kelliem tal-Kultura Karl Gouder. 

 

More in Politika