[Aġġornata] Mugliett: 'Fil-qasam tal-enerġija qed jirrenja s-sens komun'

L-eks Ministru Nazzjonalista Jesmond Mugliett jfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Gvern fl-Enerġija...Konrad Mizzi jerġa jwiegħed li l-Gvern se jippublika l-kuntratti kollha..

Jesmond Mugliette: Bil-Power Station il-ġdida qed jirrenja s-sens komun
Jesmond Mugliette: Bil-Power Station il-ġdida qed jirrenja s-sens komun

L-eks Ministru Jesmond Mugliett, hekk kif il-proġett ta' Power Station ġdida li se tkun qed taħdem bil-gass qed jaqbad rittmu mgħaġġel, faħħar lill-Gvern preżenti fuq il-viżjoni fil-qasam tal-enerġija. Huwa iddeskriva bħala "tajjeb immens li fl-aħħar qed jirrenja s-sens komun" filwaqt li saħaq li dak li qed jiġri fl-enerġija b'Power Station li se taħdem bil-gass "missha ilha li saret." Mugliett, li kien qed jitkellem waqt il-programm Pjazza ddeskriva l-għażla tal-Gvern għall-enrġija bħala mod kif pajjiżna ikollna aktar sigurta' ta' supplixximent tal-elettriku, bil-possibilità li Malta tingħaqad ma' grid, anke mal-Akrika ta' Fuq.

Waqt il-programm il-Ministru Konrad Mizzi spjega kif issa jmiss li jasal il-floating storage f'Malta biex imbagħad jibdew jitħejjew il-pjanijiet għal permess operattiv tal-istess Power Station. Mizzi wiegħed illi d-dokumenti kollha relatati ma' dan il-proġett se jkunu ppublikati u assigura lit-telespettaturi li l-vapur li se jisspplixxi l-gass huwa sigur. "Dan ma ngħidux jien, jgħiduh l-aqwa esperti." Konrad Mizzi, fakkar li l-Enemalta naqqset is-serq bin-nofs, naqqset it-telf u qed tinvesti f'sistemi ta' distribuzzjoni. Għamilna deċizjonijiet tajbin f'dan il-qasam b'investiment kbir mill-Electrogas u se nippublikaw il-kuntratti ladarba jkollna l-clearance mill-Kummissjoni Ewropea.." 

Minn naħa tiegħu Mugliett fakkar meta kien Ministru hu staqsa diversi drabi għalfejn l-Gvern kien mar għall-Heavy Fuel Oil, li kien prototip. "Dawk kienu deċiżjonijiet li qajmu ħafna mistoqsijiet," temm jgħid l-eks Ministru Nazzjonalista. 

Testijiet ġeoloġiċi fuq il-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja 

Bħalissa f’Delimara għaddej xogħol ta’ core sampling u testijiet ġeoloġiċi fuq l-aħjar rotta għall-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja. Il-proċess jifforma parti mit-tieni studju dettaljat, b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej, dwar ir-rotta ta’ qiegħ il-baħar, id-disinn bażiku u d-dokumentazzjoni neċessarja sabiex jinbeda l-proċess tal-permessi ambjentali f’Malta u l-Italja għall-pipeline.

Fi stqarrija il-Gvern spjega kif "bil-għan li pajjiżna ma jibqax dipendenti fuq iż-żejt u jelimina l-użu tal-heavy fuel oil mill-ġenerazzjoni tal-elettriku minn issa, u peress li qatt ma sar xejn qabel fuq il-pipeline tal-gass, din il-qalba se ssir permezz ta’ floating storage unit tal-gass li jitneħħa ladarba l-pipeline bejn Malta u Gela jitlesta."

Il-Ministru Konrad Mizzi saħaq li l-Gvern qed jaħdem biex dan il-pipeline isir fl-iqsar żmien possibbli biex ikun jista’ jkompli jassigura s-sigurtà fl-enerġija għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Dan il-proġett ġie ddikjarat mill-Unjoni Ewropea bħala ‘Proġett ta’ Interess Komuni’, li jfisser li huwa essenzjali għall-Ewropa daqs kemm hu għal Malta. B’hekk huwa eliġibbli għall-fondi Ewropej kif ukoll l-assistenza mill-Kummissjoni Ewropea għall-ħruġ tal-permessi.

Fi studju li sar f’2015 ġie konkluż li Gela fi Sqallija huwa l-aħjar post biex il-pipeline jiġi mqabbad man-network Taljan. L-istudju wera wkoll li l-pipeline għandu jkollu dijametru ta’ 22 pulzier, b’rotta ta’ madwar 155 kilometru sa Delimara.

 

 

 

More in Politika