Kif rebaħ il-moviment favur li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, hekk ukoll issa li se jkunu qed jibdew diskussjonijiet dwar il-Brexit il-barranin jibqgħu ta' tħassib għal ħafna Ingliżi. Liam Fox, Segretarju tal-Istat għan-Negozju Internazzjonali, għamilha ċara li hu jixtieq illi fid-diskussjonijiet kollha li jsiru il-barranin li jgħixu fir-Renju Unit ikollhom l-istatus tagħhom garantit. Bil-patt u l-kundizzjoni iżda li ikun garantit ukoll l-istatus tal-Ingliżi li qed jgħixu f'pajjiż fl-UE.
Dan is-sentiment tal-politiku Konservattiv jirrifletti tajjeb dak tal-PM Ingliż Theresa May li stqarret kif qed tistenna attitudni reċiproka mingħand pajjiżi oħra tal-UE fejn jirrigwarda ċ-ċittadinanza.