Ftit wara li t-Turkija ħabbret estensjoni tal-istat ta' emerġenza tal-pajjiż l-Gvern Tork immexxi mill-President Erdogan keċċa 13,000 membru tal-Korp tal-Pulizija, żamm taħt arrest bosta uffiċċjali tal-Forzi tal-Ajru u għalaq stazzjon tat-TV. Dawn l-azzjonijiet saru hekk kif il-Gvern qed ikompli b'dik li qed isejħilha gwerra kontra s-suppost 'għedewwa tal-istat' wara kolp ta' stat li falla lura f'Lulju.
Il-kwartieri tal-Pulizija qalu li, preċiżament, kien hemm 12,801 uffiċċjal tal-Pulizija li minnhom 2,523 kienu kapijiet fil-korp. Dawn kienu sospenduti minħabba konnessjoni jew allegata konnessjoni tagħhom mal-kleriku Fethullah Gulen, li qed ikun akkużat illi kien il-moħħ wara l-attentat ta' kolp ta' stat.
Is-sitwazzjoni fit-Turkija kompliet sejra għall-agħar, hekk kif Erdogan bil-barka ta' ħafna mexxejja u Kapijiet ta' Stati tal-Punent li appoġġjawh wara l-attentat ta' kolp ta' Stat, bedea gwerra sħiħa kontra sezzjonijiet varji ta' ċottasini Torok u qed jakkużahom illi huma għedewwa tal-istat.