'Trid lil Simon bħala żewġek, f'koalizzjoni politika?' ... 'Iva, rrid'

Kollox jindika li resqin lejn 'żwieġ politiku' bejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia ...Farrugia tgħajjar lill-Gvern tal-lum 'ħalliel'

Simon u Marlene se jingħaqdu qaqoċċa...kontra Muscat
Simon u Marlene se jingħaqdu qaqoċċa...kontra Muscat

Il-Partit Nazzjonalista, mmexxi minn Simon Busuttil jidher illi se jkun qed jidħol fi ‘żwieġ’ politiku mad-Deputata Marlene Farrugia, eks-Deputata Laburista u eks-Kandidata tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett, lura fl-1998. Dan iż-‘żwieġ’ politiku qed ikun ikkunsidrat hekk kif jidher li l-unika appoġġ, kif ippublikat ukoll fuq dan is-sit, li qed tikseb Farrugia, anke jekk minimu, ġej minn simpatizzanti tal-PN.

L-aħbar li jista’ jseħħ dan iż-żwieġ politiku, żvelata fuq il-ġurnal The Sunday Times tal-lum, kienet waħda pjuttost mistennija hekk kif il-PN qed jipprova jpoġġi lil dawk l-elementi kollha li tbiegħdu mill-Partit Laburista f’qoffa waħda biex il-vot kontra l-istess PL ma jinqasamx.

Farrugia ikkonfermat din il-koalizzjoni mal-istess ġurnal u qalet illi kif hi tellgħet dan il-Gvern, li ddeskrivietu bħala “ħalliel”, se tagħmel minn kollox biex tniżżlu. Kliem li jixbah ħafna wkoll dak ta' Salvu Mallia, l-ewwel persuna li publikament ingħaqdet fil-'Koalizzjoni kontra l-Korruzzjoni' ta' Simon Busuttil. Mallia, li vvota lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni, bosta drabi qal, anke ma' dan is-sit li kif tella lil dan il-Gvern, hekk ukoll irid iniżżlu.

Kemm Busuttil kif ukoll Marlene, qalu li bejniethom hemm ħafna punti fundamentali ta’ qbil u qalu wkoll li din il-koalizzjoni għandha tinbena fuq il-pilastri tal-governanza tajba, ġustizzja soċjali u ambjent sostenibbli.

More in Politika