73% tal-miżuri tal-Baġit 2016 ġew implementati b'suċċess

Fil-baġit preċedenti kien hemm 263 miżura, u f'dak tas-sena l-oħra kien hemm 366 mizura, li 73% minnhom ġew imwettqa

Il-Gvern ħejja dokument dwar it-'Twettiq tal-Bagit 2016', biex jagħti rendikont tat-twettiq tal-mizuri li tħabbru s-sena li għaddiet, u kif dawn ġew implementati tul din is-sena.

Il-baġit huwa pjan ta' sena sħiħa li jħejji l-Gvern, mhux biss għall-aspetti finanzjarji, iżda għal kull aspett ieħor li jeffetwa l-ħajja tal-poplu.

F'konferenza indirizzata lill-ġurnalisti, Mario Cutajar, is-Segreatrju Permanenti Prinċipali tal-Gvern, saħaq li "meta noħorġu dan id-dokument, inkunu kburin ngħidu li f'qasir żmien wettaqna ħafna affarijiet".

Cutajar spjega kif tul is-sena sar ukoll moniteraġġ kull xahar sabiex jiġu evalwati il-pjanijiet imfassla għal kull aspett partikolari.

"Din is sena morna tajjeb," qal Cutajar hekk kif spjega li 73% tal-miżuri gew implementati b'success, b'kuntrast mas 68% li twettqu fl-2015. Mir-riżultati murija fid-dokument jidhru miżuri, anke minn bagits preċedenti, u rendikont ta' kif ukoll dawn gew imwettqa.

Fl 2014 il-baġit kellu 263 miżura. Illum hawn 366 miżura. "Dan juri li pjanar tajjeb qed jagħti l-frott tiegħu, hekk kif il-Gvern jara li la darba l-magna qed taħdem tajjeb, tista tgħabbiha b'aktar."

Din is sena tneħħa l-"out of stock" tal-mediċini, ir riformi ġudizzjarji, żieda fil-pensjonijiet, tnaqqis fil-ħin fl-emerġenza, inqas ħin ta' stennija u aktar sodod fl-isptar. "Affarijiet li forsi jidhru żgħar fid-dell ta; skandli u problemi nazzjonali, iżda ta' benefiċċju kbir għall-poplu."

Affarijiet li forsi jidhru żgħar fid-dell ta; skandli u problemi nazzjonali, iżda ta' benefiċċju kbir għall-poplu. Mario Cutajar

Dan il-ktieb huwa wieħed minn 3 publikazzjonijiet relatati mal-baġit. Aktar tard joħrog ktieb ieħor dwar effiċċjenza aħjar u nuqqas ta' burokrazija, anke permezz ta'  "mobile apps" u "one stop shop online". Dak li pjanajna din is sena se jidher kemm gie mwettaq.

Cutajar temm jgħid li "hemm ħafna li qed isir u ħafna aktar x'fadal isir, iżda qegħdin 'on track' u s-sistema qed tirnexxi tant li l-gvern dejjem ikun aktar kunfidenti jżid miżuri ġodda."

 

More in Politika