Il-kwistjoni ta’ benefiċċji tal-kartuna r-roża għal min ibati bid-dijabete se tkun indirizzata fil-baġit ta' nhar it-Tnejn.
Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Ċensu Galea lil Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Fearne qal li fl-2012, Gvern Nazzjonalista biddel l-entitlement ta’ pazjenti li jbatu bid-dijabaete u b’konsegwenza ta’ dan, meta skadewlhom l-permess,i numru ta’ pazjenti tilfu xi benefiċċji li kellhom aċċess għalihom.
Il-Ministru Fearne żied jgħid li fil-baġit, il-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed jindirizza din is-sitwazzjoni, “biex b’hekk pazjenti bid-dijabete jerġgħu jakwistaw benefiċċji li kienu ġew mċaħħda minnhom mill-gvern preċedenti.”