‘Mistoqsija qarrieqa…’ jgħid Konrad Mizzi flok jirrispondi dwar il-Panama Papers

Il-Ministru Konrad Mizzi jirrifjuta li jagħti tweġiba dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama Papers

Konrad Mizzi jevita li jirrispondi dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama Papers
Konrad Mizzi jevita li jirrispondi dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama Papers

Il-Ministru mingħajr portfolio Konrad Mizzi evita mistoqsijiet indirizzati lejh dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama Papers u dwar il-korrispondenza permezz ta’ emails mibgħuta mill-konsulenti finanzjarji tiegħu tal-kumpanija Nexia BT.

Infatti, Mizzi irrifjuta li jagħmel kumment dwar in-negozju tiegħu fil-Panama, li skont Nexia BT kien ġie mwaqqaf fis-setturi tar-riċiklaġġ u s-settur tal-logħob remot.

Mizzi ddefenda l-pożizzjoni tiegħu billi insista li huwa kien l-ewwel politikant Malti li volontarjament talab lill-Kumissarju tat-Taxxa biex jagħmel ‘audit’ fuq il-finanzi tal-familja tiegħu.

Huwa qal li sa mill-bidu kien saħaq biċ-ċar li l-kontijiet kienu tal-familja tiegħu u li qatt ma kellu problema biex isir ‘audit’ fuqhom, tant li huwa stess saħansitra qabbad kumpanija privata biex tagħmel ieħor.

“Jien ninsab kunfidenti li la darba jkunu pubblikati r-riżultati, kulħadd jirrealizza li ilni ngħid il-verità mill-bidu” qal Mizzi

Mizzi ma riedx jikkonferma jekk l-istess kumpanija privata li qed tagħmel l-‘audit’ tiegħu hux l-istess waħda li qed tagħmel ta’ Keith Schembri u lanqas ikkomferma jekk hux diġà jafx l-eżitu tar-rapport tal-‘audit’ jew meta dan se jiġi publikat.

More in Politika