L-aġenzija Standards and Poor's (S&P) għada kif tat ċertifikat mil-aktar pożittiv lill-ekonomija Maltija u żieded ir-'rating' ta' Malta minn BBB+ għal A-. S&P qed tipprevedi li bejn l-2016 u l-2019 it-tkabbir ekonomiku se jkun ta' 3% filwaqt li se jkompli jonqos id-dejn tal-pajjiż
Dan iċ-ċertifikat pożittiv li ħareġ ftit ġranet qabel il-Baġit 2017 jgħid li Malta qed tesperjenza wieħed mil-aktar tkabbir b'saħħtu fiż-żona Ewro bit-tieni l-akbar tkabbir fil-prodott domestiku gross. Huwa mistenni li l-ekonomija ta' Malta tikber b'aktar minn 25% mill-livelii tal-2009.
S&P tgħid illi wieħed mill-muturi għal-dan it-tkabbir huwa x-xogħol speċjalment iż-żieda tan-nisa f'dan il-qasam, l-investiment f'diversi oqsma, ekonomija miftuħa, kif ukoll qasam bankarju b'saħħtu.