Fearne iħeġġeġ għall-għaqda fil-każ ta’ Malta kontra Skanska

'Nittama li jkollna l-appoġġ anke tal-Oppożizzjoni f'dan il-każ'

Waqt intervent telefoniku fil-programm Sibt il-Punt fuq ONE Radio, il-Ministru għas-Saħħa, Cris Fearne qal li qiegħed jistenna li jkun hemm appoġġ u kunsens mingħand kulħadd għall-kawża li l-gvern Malti qiegħed jagħmel lil Skanska dwar il-konkrit inferjuri fl-Isptar Mater Dei.

“Din hija ta’ interess nazzjonali, il-poplu kollu Malti ma ħax dak li ħallas għalih, nittama li jkollna l-appoġġ anke tal-Oppożizzjoni fuq dan il-każ,” qal il-Ministru Fearne.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet lbieraħ il-Ministru Fearne ħabbar li l-Gvern Malti skatta l-proċess li bi se jkunu qegħdin jiftħu każ legali kontra Skanska li kienu responsabbli mid-disinn u l-bini tal-Isptar Mater Dei. Sptar li wara testijiet li saru mill-kumpanija internazzjonali ARUP sar magħruf li huwa mibni b’konkos aktar dgħajjef minn dak li ħallasna għalih.

More in Politika