Simon Busuttil huwa ċert li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tintrebaħ mill-Partit Nazzjonalista, tant li ma xtaqx jirrispondi mistoqsija li saritlu bħala parti minn intervista sħiħa, dwar x'jiddeċiedi jekk fil-fatt il-PN ma jirbaħx l-elezzjoni li jmiss.
Busuttil jgħid li hu jemmen "b'passjoni kbira" li se jirbaħ għax dak li qed jara hu, qed jarah kulħadd, inkluż ħafna Laburisti, li jsejħilhom tal-prinċipju, u li skontu qed jgħidulu li se jivvutaw lilu fl-elezzjoni li jmiss. (Ara Filmat hawn taħt)
Din hija biss parti minn intervista sħiħa li se tidher għada fuq il-gazzetta ILLUM. Fl-istess gazzetta se tkunu tistgħu taqraw ħafna iktar, l-aktar dwar il-Baġit 2017 li se jitressaq nhar it-Tnejn li ġej.