Żieda ta' €1.75 fil-ġimgħa

Mill-Baġit 2017, ġiet Ikkomfermata żieda ta' €91 fis-sena

Żieda ta' €1.75 fil-ġimgħa
Żieda ta' €1.75 fil-ġimgħa

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla ser tkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa.

Skont l-istatistika tal-RPI għal Settembru, li ġiet ippublikata dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, u li tinħadem b’ mekkaniżmu maqbul bejn l-imsieħba soċjali, l-għoli tal-ħajja kkalkulat bejn Ottubru 2015 u Settembru 2016, fil-fatt, jwassal għal żieda ta’ €1.16 fil-ġimgħa.

Madanakollu, għas-sena d-dieħla l-Gvern iddeċieda li jantiċipa d-differenza ta’ 59 ċenteżmu, biex, meta l-għoli tal-ħajja, minn sena għall-oħra, jaqbeż il-€1.75 fil ġimgħa, iż-żieda fis-sena rispettiva tkun aġġustata ’l isfel b’din iddifferenza.

Se jorħsu il-batteriji u d-deterġenti...

Sal-aħħar ta’ din is-sena se tkun imwettqa kompletament  ir-riforma tal-ekokontribuzzjpno. Infatti se titneħħa din it-taxxa minn fuq il-batteriji, is-saqqijiet, id-deterġenti, it-toiletries, ilfilters tal-vetturi. kif ukoll oġġetti u kontenituri tal-plastik użati filkċina. Għalhekk, uħud minn dawn il-prodotti mistennija jorħsu filprezz.

Minn għada, is-sisa fuq il-boroż is-suwed tal-iskart li ma humiex bio-degradable se tiżdied sabiex inħeġġu lill-poplu Malti u Għawdxi jirriċikla iktar l-iskart fil-boroż il-griżi u l-ħodor. Għaldaqstant, dawn tal-aħħar kif ukoll il-boroż is-suwed bio-degredabbli se jibqgħu kompletament eżentati mit-taxxa tas-sisa.

Se joġħla l-prezz tas-sigaretti  u xarbiet non alkoħoliċi  ( soft-drinks )

Biex tkompli titnaqqas il-prevalenza tat-titjip f’pajjiżna, is-sigaretti u s-sigarri se jogħlew b’medja ta’ 3.76% filwaqt li t-tabakk talbrim ser jogħla b’5.5%. Dan ifisser li l-iħas pakkett tas-sigaretti bi prezz ta' €4.80, se jiżdiedlu l-prezz bi 18c

Is-sisa fuq xarbiet mhux alcoħoliċi qed togħla b’2c kull litru. Ir-rata fuq l-ilma sa tibqa’ l-istess biex jiġu nkuraġġati xarbiet aktar sani u li jwasslu għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha.

 

More in Politika