4,241 ċitazzjoni mill-ispeed camera tax-Xemxija

Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, 2,081 karozza u 2,160 mutur qalgħu ċitazzjoni mill-ispeed camera tax-Xemxija

Total ta' 4,241 ċitazzjoni ngħataw bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena lil sewwieqa li qabżu l-limitu tal-veloċità hekk kif inqabdu minn speed camera...u dan minn waħda biss ! Dik li hemm f'Dawret San Pawl il-Baħar, Xemxija.

B'risposta għal mistoqsija Parlamentari mressqa mid-deputat Ċensu Galea, lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, dwar kemm ingħataw ċitazzjonijiet permezz ta' din l-ispeed camera partikolari fil-bypass ta' San Pawl il-baħar, il-Ministru Owen Bonniċi preżenta ċ-ċifri li juru li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, 2,081 karozza u 2,160 mutur qalgħu ċitazzjoni mill-ispeed camera tax-Xemxija.

More in Politika