L-eks ġurnalista, eks preżentatriċi u eks uffiċċjal tal-'customer care' tal-Partit Nazzjonalista, persuna ferm attiva għal diversi snin fil-Partit Nazzjonalista, jidher li ħaditha bi kbira li l-Partit Nazzjonalista aċċetta n-nomina tal-kandidat Salvu Mallia.
Liliana Risiott, li hi wkoll kittieba, sejħet lil Salvu Mallia bħala kandidat ta' kwalita fqira u b'hekk il-PN qed ikompli jitbaxxa.
Hi qalet li "l-partit glorjuż li taf hi sfuma fix-xejn u l-PN hu maħtuf min-nies li jagħmlu minn kollox, jgħidu minn kollox, jigdbu fuq kollox u jwegħdu kollox basta jakkwistaw il-poter."
Hi ttemm il-kitba tagħha fuq facebook bil-kelma 'Istħu jekk tafu kif!'