L-ebda ċaqliq fil-prezz taċ-ċilindri tal-gass

Il-prezz stabbilit huwa l-irħas wieħed fl-aħħar sitt snin

Il-prezz taċ-ċilindri tal-gass se jibqa’ mhux se jkun qed jogħla jew jinżel, u se jibqa' stabbli sal-aħħar ta’ Marzu 2017. Għaldaqstant, il-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12kg se jibqa’ dak ta’ €14.50.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li waqt li l-prezz internazzjonali tal-gass LPG qed ikompli jiżdied, f’pajjiżna l-prezz se jkun inżamm stabbli għal sena sħiħa, inklużi x-xhur tax-xitwa meta l-familji jużaw l-aktar il-gass.  

Il-prezz stabbilit huwa l-irħas wieħed fl-aħħar sitt snin.

"Il-Gvern baqa’ jadotta politika ta’ stabbiltà anke fil-prezzijiet tal-gass. Permezz ta’ din l-istabbiltà fil-prezzijiet, kemm il-familji u kemm in-negozji jistgħu jippjanaw aħjar minħabba li għandhom moħħhom mistrieħ fuq il-prezzijiet għal medda ta’ xhur. Dan għall-kuntrarju ta’ kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet preċedenti fejn il-prezz kien jinbidel kull xahar."

More in Politika