Jiltaqa' t-Trio tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru  tal-Olanda u l-Prim Ministru tas-Slovakja f’laqgħat f’Malta mal-Prim Ministru Joseph Muscat

Ritratt – DOI – Reuben Piscopo
Ritratt – DOI – Reuben Piscopo

Il-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte u tas-Slovakja Robert Fico jinsabu Malta għal taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat li bdew dalgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja.

Din se tkun l-ewwel laqgħa ta’ dak magħruf bħala t-trio tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li se tkun saret f’Malta, qabel ma pajjiżna jieħu f’idejh il-Presidenza f’Jannar li ġej.

Skont it-Trattat ta’ Lisbona, it-trio jfassal l-għanijiet u l-aġenda komuni dwar id-diversi suġġetti li jridu jiġu indirizzati mill-Kunsill fuq medda ta’ sena u nofs. Skont dan il-programm kull wieħed mit-tliet pajjizi tat-trio jipprepara l-programm dettaljat fuq medda ta’ sitt xhur.

Ritratt – DOI – Reuben Piscopo
Ritratt – DOI – Reuben Piscopo

More in Politika