Għall-aktar professjoni antika fid-dinja… jitressqu 42 persuna l-qorti

42 persuna jitressqu l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni minn Jannar s’Awwissu ta’ din is-sena

Jitressqu 42 persuna l-Qorti fuq reati ta' prostituzzjoni
Jitressqu 42 persuna l-Qorti fuq reati ta' prostituzzjoni

Il-Prostituzzjoni minn dejjem kienet meqjusa bħala l-eqdem xogħol fid-dinja, u jidher li bħala popolarità mhux qed tbatti… lanqas fil-gzira ċkejkna tagħna.

Infatti, minn Jannar s’Awwissu ta’ din is-sena biss, 42 persuna tressqu l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni. Minn dawn l-42, kien hemm ukoll żewġt irġiel Maltin. Mill-bqija, 37 kienu nisa Maltin u 3 kienu nisa barranin.

Minbarra dawk li tressqu l-Qorti, ingħataw ukoll 116-il taħrika għal dawn ir-reati. Ħafna mill-każijiet in kwistjoni għadhom pendenti, filwaqt li f’każijiet oħrajn kien hemm sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u priġunerija u multi.

Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament bħala risposta mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela bħala risposta għal mistoqsija mressqa lilu mid-deputat Luciano Busuttil.

More in Politika