Sa l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm 845 persuna li tressqu l-qorti fuq reati ta' vjolenza domestika. Minn dawn, 274 kienu nisa, fosthom 12 barranin. In-numru ta’ rġiel imressqa l-Qorti mixlijin b'reati ta' vjolenza domestika kien ta’ 571, li minnhom 75 kienu barranin.
Dawn iċ-ċifri ġew imressqa fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Ablea, bħala tweġiba għal mistoqsija parlamentari magħmula lilu mid-Deputat Luciano Busuttil.
Il-Ministru Abela informa l-kamra li ħafna minn dawn il-każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Is-sentenzi mogħtija fil-każijiet deċiżi kienu jvarjaw bejn multi, liberat bil-kundizzjoni, liberat bla ebda kondizzjoni, proċedimenti eżawriti, ċanfir u twiddib, probation order, ordni ta’ protezzjoni, garanzija, sentenza sospiza u priġunerija. Xi każi ġew irtirati u oħrajn preskritti.