L-eks Editur tan-Nazzjon ordnat iħallas €4,000 lil Silvio Scerri

... storja li dehret fuq in-Nazzjon kienet allegat b'mod falz indħil politiku

Manwel Mallia u Silvio Scerri
Manwel Mallia u Silvio Scerri

Il-Qorti tal-Maġistrati ordnat lill-eks Editur tal-gazzetta tal-PN in-Nazzjon  Alex Attard tħallas €4,000 f'danni lil Silvio Scerri talli allegat b'mod falz li Scerri kien indaħal politikament u għalhekk waslet għar-riżenji tal-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà u d-Deputat tiegħu. Dak iż-żmien il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali kien Manwel Mallia. 

Ir-rapport tan-Nazzjon kien allega li Mark Galea, l-eks Deputat Kap tas-Servizzi tas-Sigurta' irreżenja wara nuqqas ta' qbil ma' Michael Cassar u għax is-Servizzi Sigrieti kienu qed jitmexxew qishon każin tal-Partit Laburista. 

Il-Maġistrat Francesco Depasquale, li quddiemu deher il-każ, fakkar kif skont sentenza mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem  fil-każ Axel Springer v. l-Ġermanja kienet iddeċidiet illi l-libertà tal-espressjoni ġġorr magħha responsabilitajiet u doveri, li japplikaw ukoll għall-media. 

Il-Maġistrat saħaq illi f'dan il-każ mhux talli ma nġabitx biżżejjed evidenza li tissuġġerixxi indħil politiku, talli wieħed minn nies li xehdu kienu qalu xejn iktar minn tliet darbiet li huma qatt ma kllhom indħil politiku.  




 

More in Politika