Se nħallsek €220 inqas paga ... għax int mara

...daqshekk hija d-differenza bejn il-paga medja tal-irġiel u tan-nisa f'Malta

In-nisa jitħallsu inqas madwar l-UE kollha, f'Malta €217 inqas mill-irġiel
In-nisa jitħallsu inqas madwar l-UE kollha, f'Malta €217 inqas mill-irġiel

Skont is-sit Wage Indicator id-differenza fil-paga medja bejn raġel u mara għall-istess impjieg hija ta' €217 kull xahar. Fil-fatt dan is-sit juri kif il-paga medja ta' ħaddiema rġiel hija ta' €1,884 filwaqt li għan-nisa l-paga medja hija ta' €1,667, differenza ta' €217. Minkejja li din hija differenza konsiderevoli, lanqas hija l-akbar waħda fl-Ewropa, hekk kif hemm pajjiżi fejn id-differenza fil-paga bbażata fuq is-sess hija ħafna akbar. Fost dawn hemm il-Bulgarija, fejn id-differenza hija ta' kważi  50%.

L-iktar pajjiżi illi fihom id-distakk huwa żgħir u fejn id-diżugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol hija minima huma Slovenja u l-Finlandja.  

More in Politika