FILMAT | Nitkellmu ftit dwar paga minima diċenti…
Żieda fil-paga minima tkun żgur apprezzata mill-ħaddiem, iżda taf tkun ta’ ħsara għall-ekonomija. L-ILLUM tistaqsi
More in Politika
Żieda fil-paga minima tkun żgur apprezzata mill-ħaddiem, iżda taf tkun ta’ ħsara għall-ekonomija. L-ILLUM tistaqsi
Fil-ħarġa tal-ILLUM tal-Ħadd li għadda ġie rrappurtat li 16-il għaqda magħqudin taħt l-isem ‘Kampanja Paga Minima Diċenti’ qegħdin jipproponu li l-paga minima għanda tiżdied b’madwar €80 fix-xahar fuq medda ta’ tliet snin.
Il-proposta ta’ dawn l-għaqdiet, li fosthom hemm l-Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Komunità Bormla, Aditus u Għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, hija li jkun hemm żieda ta’ 3.5% fil-paga minima nazzjonali kull sena, għat-tliet snin li ġejjin. Dan ikun ifisser li ħaddiem bil-paga minima, jibda jieħu żieda ta’ €18.30 fil-ġimgħa, li jammontaw għal €950 fis-sena.
Wara li l-għaqdiet ħarġu bil-proposta nhar is-Sibt li għadda, din ġiet immedjatament milqugħa b’mod pożittiv mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li ddeskriva din il-proposta bħala “waħda raġonevoli” u li “għandha tkun appoġġjata.” Intant l-għada, waqt id-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-proposta li tiżdied il-paga minima u qal li l-Gvern diġà żied il-paga minima b’€4 sa €9 fil-ġimgħa u f’xi każijiet anke bi €15.
Il-Prim Ministru żied jgħid li l-Gvern jemmen li bħalissa l-paga minima mhux bizzejjed kif inhi u li nfatti ħa pjaċir li kien hemm numru ta’ għaqdiet li qed jaqblu li għandha tiżdied. Hu saħaq li l-Gvern irid li jsiru diskussjonijiet dwar bilanċ li bih żieda fil-paga minima tkun ta’ benefiċċju għall-ħaddiema u fl-istess ħin ma tħallix impatt negattiv fuq min iħaddem. “Fl-aħħar mill-aħħar imbagħad, il-Gvern se jkun qed jiddeċiedi," saħaq Joseph Muscat.
Imma n-nies x’jaħsbu? Jaqblu mal-proposta biex il-paga minima tiżdied bi €80 fix-xahar għat-tliet snin li ġejjin? jew iħossu li din tista’ tkun ta’ piż fuq l-ekonomija tal-pajjiż.
L-ILLUM marret quddiem supermarket kbir fiċ-ċentru ta’ Malta u staqsiet lil numru ta’ persuni li kienu qegħdin hemm dwar x’jaħsbu fuq il-proposta għal żieda fil-paga minima…