Ħlas lill-parkers, kollox se jibqa’ kif inhu

...u l-mistoqsija tan-nies tibqa' dwar x’inhu l-iskop ta’ dawn il-parkers u għaliex għandna ntuhom 'tips'

Kull wieħed u waħda minnha ta’ spiss ġejna fid-dilemma x’nagħmlu meta nipparkjaw f’xi parkeġġ u jiġi parker jitlob il-flus. Għaliex jippretendi? X’benefiċċju se nieħu jien, jew il-vettura tiegħi milli nagħti ż-żgħar lil dan il-bniedem?

Mistoqsija oħra li tiġi f’moħħ ħafna hija dwar il-legalità ta’ dawn il-parkers, min jirregolarizzahom u kif u fejn jiddikkjaraw il-qligħ tagħhom. Mistoqsijiet biss li mid-dehra anke l-membri Parlamentari jsaqsi. Infatti waqt seduta Parlamentari, id-Deputat Luciano Busuttil saqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura dwar xi pjan għandu l-Gvern għall-parkeġġi bil-parkers li jitħallsu biss bit-tips.

Ir-risposta tal-Ministru Joe Mizzi kienet waħda kemm xejn mhux sodisfaċenti hekk kif huwa sostna biss Ii l-Gvern m’għandu l-ebda pjan għal xi tibdil dwar il-parkeġġi bil-parkers.

Allura aħna nistgħu biss nibqgħu nistaqsu x’inhu l-iskop ta’ dawn il-parkers u jekk għandnix intuhom tips jew le.

More in Politika