Silvio Parnis: 'Dan huwa Gvern li verament jisma' '

Id-Deputat Laburista jfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Ministeru tas-Saħħa favur dawk li jbatu mid-dijabete

"Il-Baġit 2017 kien l-aħħar minn sensiela ta’ konfermi li l-Partit Laburista mill-Gvern, mhux biss huwa Gvern li jisma’, imma fuq kollox li jieħu azzjoni." Stqarr dan id-Deputat Laburista Silvio Parnis fi stqarrija illi fiha fakkar kif  fost l-ewwel minn sensiela ta’ deċizjonijiet "li se jkunu qed jibbenefikaw minnha n-nies, hemm dik li dawk kollha li jbatu bid-dijabete tat-Tip 1 minn din il-ġimgħa se jkunu jistgħu jibdew jibbenefikaw minn erba’ sticks kuljum biex jiċċekkjaw iż-żokkor b’xejn irrispettivament mill-età."

“Din hija ċertament deċizjoni li se tkun qed tagħmel id-differenza f’ħajjet dawk il-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni. Inkoraġġanti huwa wkoll il-fatt li mis-sena d-dieħla din il-miżura se tibqa’ tkun estiża anke għal dawk li għandhom dijabete tat-Tip 2 u qegħdin fuq l-insulina saħaq Silvio Parnis.

"Dan il-Gvern fuq kollox", kompla jgħid Parnis, "sema u ħa azzjoni, meta nġibdet l-attenzjoni nkluż minni bħala Membru Parlamentari, dwar kemm kienet inġusta d-deċizjoni li ttieħdet minn Gvern Nazzjonalista dwar persuni dijabitiċi u t-tneħħija ta’ servizzi li kienu ntitolati għalihom."

 

 

 

More in Politika